Il-Qorti ordnat it-tfittxija immedjata ta’ tliet persuni li għandhom jidhru quddiem il-Maġistrat, u għalhekk l-ismijiet tagħhom ġew ippubblikati bil-għan li jiġu lokalizzati mill-aktar fis possibbli. Il-persuni mfittxija huma Vladimir Zoranovic, raġel ta’ 34 sena mis-Serbja; Anthony Kavanagh, raġel ta’ 43 sena mill-Irlanda; u Olena Ivanivna Hryhoryeva, mara ta’ 55 sena mill-Ukrajna.
Il-pubbliku qed jintalab joffri kull tip ta’ informazzjoni li jista’ jkollu dwar dawn l-individwi. Il-kuntatt jista’ jsir mal-Pulizija – anke b’mod anonimu – fuq in-numri 21224001 jew 119, jew billi wieħed jersaq lejn l-eqreb Għassa tal-Pulizija. Meta tagħmlu kuntatt, jekk jogħġobkom ikkowtaw in-numru ta’ referenza 11/2025