Il-pulizija fit-Tajlandja għaddejja bi tfittxija f’tempju influwenti biex ikun arrestat il-kap tal-patrijiet, li huwa mfittex fuq akkużi ta’ koruzzjoni.
Huwa qed ikun akkużat b’misapproprjazzjoni ta’ fondi mit-tempju Dhammakay u ħasil ta’ flus.
Għal xhur sħaħ, ir-raġel ta’ tnejn u sebgħin sena baqa fit-tempju, li jinsab fit-Tramuntana ta’ Bangkok. Huwa dejjem tenna li ma kienx f’saħħtu, bil-għan li ma jkollux għalfejn jidher quddiem l-uffiċjali.
Flimkien mas-segwaċi tiegħu, dejjem ċaħdu l-allegazzjonijiet, filwaqt li sostnew li kienu motivati politikament.