Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ kbira fi Florida wara li ġġarraf parti mill-bini ta’ 12-il sular u qed jiġi rrapportat li hemm minn tal-inqas persuna li mietet kawża ta’ dan l-inċident filwaqt li tmienja oħra ndarbu.
Għad hemm il-biża’ li jistgħu jinstabu aktar persuni mirduma qalb it-tifrik.
Il-bini ġġarraf għall-ħabta tat-tmienja (ħin lokali) u fuq il-post bħalissa hemm mat-80 vettura tal-protezzjoni ċivili. Il-pulizija qed tassisti wkoll f’din l-operazzjoni ta’ salvataġġ.