Żagħżugħ ta’ 18-il sena ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kent b’rabta mal-attakk li seħħ fit-Tube f’Londra lbieraħ filgħodu.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…
Aktar Qabel: Il-Pulizija tal-Ingilterra bħalissa għaddejja bi tfittxija għall-moħħ wara l-attakk li seħħ fuq it-Tube f’Londra. Dan wara li ntuża apparat bħala splussiv fuq it-Tube fejn il-Pulizija bħalissa qed tanalizza filmati meħuda minn kameras tas-sigurtà sabiex forsi jaqbdu min wettaq l-attakk.
Minn tal-inqas 29 persuna midruba, bil-maġġor parti tagħhom iġarrbu ġrieħi relatati ma’ ħruq.
L-Assistent Kummissarju f’Londra, Mark Rowley, sostna li bħalissa huma mijiet ta’ investigaturi li qed jaħdmu fuq il-każ li seħħ ilbieraħ filgħodu meta għall-ħabta tat-9:20 seħħet splużjoni qrib l-istazzjon ta’ Parsons Green.
Dan il-każ qed jitqies bħala wieħed terroristiku. Ritratt fuq il-midja soċjali wera barmil abjad f’baskett, iżda ma jidhirx li kien hemm xi ħsarat kbar.