It-tmexxija taċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Far flimkien mal-Pulizija għaddejjin bi tfittxija għal 21 immigrant li fl-aħħar sigħat ħarbu minn fuq il-post.
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li dawn l-immigranti ħarġu mill-post fl-aħħar sigħat wara li, fost oħrajn, ikkawżaw ħsara fuq wieħed mill-ħitan taċ-ċentru.
It-tfittxija bdiet mal-mument li t-tmexxija taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ntebħet b’dak li ġara u talbet minnufih il-koperazzjoni tal-pulizija u entitajiet oħra.