Fil-Ġermanja, minn tal-inqas persuna mejta, waqt li tmienja oħra għaddejja tfittxija għalihom wara li ġġarrfet parti minn lukanda viċin ix-xmara Moselle.
Il-Pulizija tal-lokal għaddejja bit-tfittxija għan-nies l-oħra, waqt li tipprova tistabbilixxi kuntatt magħhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal li l-operazzjoni tal-ħaddiema tas-salvataġġ hi waħda delikata.
Il-Pulizija qalet li fortunament, ħames persuni rnexxilhom joħorġu mil-lukanda mingħajr ma weġgħu.