Persuni ddaħħlu l-isptar għall-kura wara li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu fi Triq l-Infetti fl-Imdina.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza lill-persuni u ħarġuhom minn ġol-vetturi.
Huma ttieħdu l-isptar għall-kura bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Kawża tal-inċident it-triq għadha magħluqa b’uffiċjali ta’ Transport Malta jinsabu fuq il-post sabiex jassistu fl-immaniġġjar tat-traffiku.