Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-publiku hekk kif inhi għaddejja bi tfittxija għal raġel b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar traffikar ta’ droga u sparatura li seħħet fi Triq Dijonisju Famuċelli, l-Imsida.
Liema sparatura seħħet fit- 2 ta’ Ottubru li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna qed ikun ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 6/2021.