Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal persuna li kien involut f’argument jaħraq fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:00 fi Triq Indri Cilia fil-Ħamrun meta allegatament seħħ argument bejn erba’ aħwa b’wieħed mill-aħwa jitla’ fil-vettura u jsuq għal fuq vettura oħra bil-konsegwenza li kkawża xi ħsarat fuq il-vettura l-oħra.
Jidher li l-istess persuna ħarbet minn fuq il-post bil-Pulizija għaddejja bi tfittxija.
Ħadd ma ndarab waqt dan l-argument.