Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal persuna li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:30, feriet b’mod gravi raġel ta’ 59 sena f’residenza privata f’Santa Luċija.
Il-każ seħħ tul il-lejl fi Triq Misraħ Dorell f’Santa Luċija meta raġel ġie aggredit b’arma bil-ponta u li taqta’.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja. Hu nstab li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
Sa issa, l-aggressur għadu ma ġiex identifikat. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.