Is-servizzi tal-emerġenza, fosthom il-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta għaddejjin bi tfittxija għal numru ta’ passiġġieri li ħarbu minn fuq ajruplan li niżel b’emerġenza fil-mitjar Malti. B’dan il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija li ġiet infurmata li ajruplan tal-linja Turkish Airlines, talab li jinżel b’emerġenza minħabba li passiġġier ta’ nazzjonalità Marokkina, ilmenta minn emerġenza medika.
Bl-ajruplan għamel inżul ta’ emergenza u waqt li kien fuq ir-runway, xi persuni abbord l-ajruplan qabdu u ħarbu mill-ajruplan.
Waqt li persuna minnhom ġiet arrestata, bħalissa għaddejja tfittxija fl-ajruport u fl-akkwati mill-Pulizija u l-Forzi Armati biex jinqabdu dawk li għadhom maħruba.