Il-Pulizija Ġermaniża bdiet bi tfittxija ġdida għat-tfalja Ingliża Madeleine McCann, f’ġibjun kbir fil-Portugall.
It-tifla, li għebet fl-2007 meta kienet fuq btala mal-familja tagħha, f’Algarve il-Portugall.
Il-midja internazzjonali qalet kif fil-ħin li ġej mistennija toħroġ stqarrija dwar l-investigazzjoni li reġgħet skattat.
Christian Bruecknet, ta’ nazzjonalità Ġermaniża, qed jitqies mill-awtoritajiet Portugiżi bħala s-suspettat ewlieni għal dan l-għajbien.
Bħalissa huwa jinsab f’ħabs fil-Ġermanja dwar każ ta’ stupru, fl-istess żona li Madleine għebet.