It-Tlieta filgħaxija raġel ġie aggredit b’ħadida u sikkina fi Triq San Tumas Wied il-Għajn.
Il-każ ġie rrapportat lill-pulizija fl-9:50pm fejn il-kundizzjoni tal-vittma, li aktarx huwa Serb, għadha mhux magħrufa.
Il-vittma kien miexi fit-triq u issa jinsab l-isptar jirċievi l-kura.
Il-pulizija qalet lil ONE News li għaddejja bi tfittxija għall-aggressuri fejn għadu mhux magħruf kinux erba’ jew ħames persuni li ħebbew għall-vittma.