Persuna oħra li kienet infettata bil-Coronavirus f’pajjiżna fieqet u ser tkun qed tintbgħat id-dar.
Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-isptar Mater Dei.
Dan kien it-tieni pazjent li fieq mill-Coronavirus f’pajjiżna.
Id-Deputat Prim Ministru qal li l-pazjenti l-oħra li jinsabu fl-Isptar Mater Dei jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u qed jirkupraw.