L-awtoritajiet Ċileni qed jinvestigaw toqba kbira b’dijametru ta’ madwar 25metru li feġġet fi tmiem il-ġimgħa f’żona tal-minjieri.
Il-midja Ċilena ppublikat stampi mill-ajru tat-toqba, li feġġet f’art li sservi bħala minjiera għal kumpanija Kanadiża. Din iz-zona tinsab madwar 665km mit-tramuntana tal-kapitali, Santiago.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-servizz nazzjonali tal-ġeoloġija u l-minjieri, Sernageomin, sar jaf bit-toqba nhar is-Sibt u bagħat esperti speċjalizzat. Id-distanza sal-qiegħ hija ta’ madwar 200 metru. Għalkemm ma nstab ebda materjal partikolari, kienet innotata l-preżenza ta’ ħafna ilma. Huwa importanti ferm li jiġi ddeterminat x’ikkawża din it-toqba, biex ikun żgurat li l-persuni li jgħixu fiz-zona huma siguri.