Tfal żgħar li jqattgħu ħafna ħin jilgħabu fuq mowbajls u tablets jorqdu inqas minn dawk li ma jagħmlux użu minnhom, dan skont sejba minn riċerkaturi.
L-istudju li ġie ppubblikat f’Scientific Reports jissuġġerixxi li kull siegħa li t-tfal jużaw il-mowbajl kull jum, qed tiġi abbinata ma 15-il minuta ta’ inqas irqad.
Iżda, dawk li jużaw dawn it-tip ta’ aġġeġġi għandhom vantaġġ hekk kif itejbu l-abiltà li jużaw idejhom b’kordinazzjoni m’għajnejhom.
L-esperti qalu li dan l-istudju sar fil-ħin waqtu iżda li l-ġenituri m’għandhomx għalfejn jinkwetaw.
L-istudju li sar minn Birbeck, Università ta’ Londra, staqsew madwar 715-il ġenitur ta’ tfal li għandhom taħt it-tliet snin.
Il-mistoqsijiet kienu jinkludu fosthom, kemm ta’ spiss it-tfal tagħhom jużaw il-mowbajl jew tablet u kif ukoll mistoqsijiet dwar il-mod ta’ kif jorqdu.
Dan l-istudju wera kif 75% ta’ dawn it-tfal żgħar jużaw dawn l-aġġeġġi b’mod regolari, b’51% minnhom ilhom jagħmlu użu minn mowbajl jew tablet bejn sitta u ħdax-il xahar, u 92% minn dawk ilhom jagħmlu użu minn aġġeġġ bejn 25 u 36 xahar.
Iżda tfal li għamlu użu minn mowbajl jew tablet raqdu inqas tul il-lejl u iktar tul il-jum.
Meta ġie kkalkulat l-ammont ta’ tnaqqis fl-irqas, ir-riżultat kien ta’ 15-il minuta inqas għal kull siegħa ta’ użu ta’ mowbajl jew tablet.