Minn tal-inqas miljun u nofs tifel u tifla ħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna mindu bdiet l-invażjoni Russa fl-24 ta’ Frar li għadda. Filwaqt li eluf oħra spiċċaw f’partijiet differenti fl-Ukrajna.
L-Unicef qed twissi li t-tfal li qed jaħarbu qed jaffaċċjaw theddida oħra; dik tat-traffikar tal-bnedmin. Hekk kif is-sitwazzjoni ta’ influss kbir ta’ refuġjati hija opportunità għat-traffikanti biex jieħdu vantaġġ minnha.
Qed jiġi rrapportat li bejn l-24 ta’ Frar u s-17 ta’ Marzu madwar 500 tfal żgħar qasmu mill-Ukrajna għar-Rumanija mingħajr kumpanija ta’ adult.
Id-Direttur Reġjonali tal-Unicef tenna li l-gwerra fl-Ukrajna tista’ twassal għal żieda kbira fit-traffikar tal-bniedem u kriżi fejn tidħol il-protezzjoni tat-tfal.