Skont uffiċjali mediċi Palestinjani, ilbieraħ attakk mill-ajru Iżraeljan fuq skola fiċ-ċentru tal-Medda ta’ Gaża fejn kien hemm nies jistkennu, allegatament qatel mill-inqas 17-il persuna kważi kollha nisa u tfal.
L-isptar Awda fejn iddaħħlu l-vittmi qal li 42 persuna oħra sfaw midruba fl-attakk. Skont ir-rekords tal-isptar 13-il tifel u tifla kienu fost il-mejta kif ukoll tliet nisa.
Il-militar Iżraeljan qal li fil-mira tagħhom kienu militanti tal-Ħamas li kienu fl-iskola iżda ma pprovdewx evidenza ta’ dan.