Tnediet il-kampanja nazzjonali Islands Cleanup għal din is-sena, l-inizjattiva mmexxija mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa fi sħab ma’ Saving Our Blue, Project Green u d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni.
Din is-sena, il-kampanja fetħet permezz ta’ attività ta’ tindif fil-Bajja tal-Mistra, fejn inġabru madwar 143 kilogramma ta’ skart.
L-avveniment inawgurali ra studenti mis-St Michael’s Foundation jieħdu sehem, grazzi għall-inizjattiva tal-istudent Thomas Gatt, li ftit tax-xhur ilu ltaqa’ mal-Ministru responsabbli Miriam Dalli bil-ħsieb li jwaqqaf organizzazzjoni ambjentali mit-tfal għat-tfal.
“This isn’t just for the animal that call it home, this is for us to enjoy the beach, I urged everyone that has the opportunity to join all cleanups and all environmental initiatives like this.”
Thomas Gatt, Student
Din l-inizjattiva turi l-impenn qawwi u l-entużjażmu li qed jiġi ġġenerat fost iż-żgħar favur il-ħarsien tal-ambjent.

Fl-attività ħadu sehem ukoll il-Ministru Dalli stess u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Glenn Bedingfield, flimkien ukoll ma’ ħaddiema tal-kumpanija privata Gambling.com Group u impjegati tal-Ministeru fejn ħadmu id f’id biex jagħmlu differenza konkreta.
“Din is-sena l-inizjattiva bdiet ferm aktar qabel is-soltu għax qed innieduha meta t-tfal tal-iskola għandhom il-vaganzi tal-Għid. Qed nagħmlu hekk fuq inizjattiva ta’ Thomas Gatt li ftit tax-xhur ilu kien ġie l-Ministeru tkellem magħna dwar ix-xewqa tiegħu li jkun parteċipi f’inizjattiva nazzjonali.”
Il_Ministru MIriam Dalli
“Is-sodisfazzjon tiegħi jkun u joħroġ mill-fatt li dawn it-tfal qed jaraw il-ħtieġa li nagħmlu sforz nazzjonali biex nieħdu ħsieb pajjiżna u dan hu dak li jien dejjem għedt, dak li nixtieq verament nieħdu ħsieb u rridu nagħmlu sforz kollettiv.”
Glen Befingfield, Segretarju Parlamentari
L-iskart miġbur ġie sseparat skont ir-regolamenti bil-materjal riċiklabbli jintbagħat biex jiġi pproċessat.
Din il-kampanja hi miftuħa għal kumpaniji privati, skejjel, għaqdiet mhux governattivi u oħrajn, fejn jistgħu jikkontribwixxu għal ambjent aħjar.