Tfal tal-iskola li kienu fuq dgħajsa igawdu it-temp sabiħ tar-rebbiegħa waqt lezzjoni dwar it-tbaħħir raw xena mhux tas-soltu, speċjalment meta wieħed iqis li kienu biss ftit metri il-bogħod mill-moll tal-Freeport f’Birżebbugia.
Dan meta raw dniefel fil-bahar, f’distanza ta’ ftit metri. Xena li żgur se tibqa f’moħħhom għal żmien twil.
M’hijiex ħaġa rari, li sajjieda jiltaqgħu mad-dniefel fuq il-baħar, iżda ġeneralment dawn ikunu ħafna iktar ‘il barra mill-kosta, l-aktar qrib il-gaġeġ tat-tonn. Bir-raġuni ovja tkun li viċin ta’ dawn il-gaġeġ ikun hemm ħafna ħut x’jieklu.