Tfal mill-Kulleġġ ta’ Santa Tereża kienu fost il-mijiet ta’ persuni li llum marru jagħtu l-awguri tal-Milied lill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Kien proprju llum li l-Prim Ministru laqa’ lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja bejn l-16:15 u s-17.45pm biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida.
Kull min xtaq jiltaqa’ mal-Prim Ministru kien mitlub iċempel biex iħalli d-dettalji tiegħu bil-pubbliku kellu ċ-ċabs li jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u saħansitra kellhom iċ-ċans li jiffirmaw il-ktieb tal-viżitaturi.