It-tfal mhux ser jiġu separati minn mal-familji tagħhom u mhux ser jintbagħtu lura pajjiżhom.
Dan stqarru s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, Alex Muscat b’referenza għall-artiklu ppublikat minn the Times bit-titlu ‘Go home – Children appealing eviction are told”.
Is-Segretarju Parlamentari stqarr li l-ittri li għamlu referenza għalihom fl-artiklu, ma kinux ta’ tkeċċija. Apparti hekk, m’hemm l-ebda obligazzjoni biex jinħareġ permess ta’ residenza waqt li jkunu għaddejjin proċeduri t’appell.
Fl-istqarrija is-segretarjat spjega li minn meta faqqgħet l-pandemija, l-proċeduri mmexxija mill-Bord tal-Appell fuq l-Immigrazzjoni kienu sospiżi.
Għal din ir-raġuni Identity Malta ddeċidiet li ma tesdendix permessi interim għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea sakemm qegħdin jistennew deċiżjoni mill-bord tal-appell.
Iżda din, ma tapplikax għall-minuri u għalhekk l-ittri li ssemmew fl-artiklu mhux suppost intbagħtu.
Is-Segretarju Parlamentari ta struzzjonijiet lil Identity Malta sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni u biex jassiguraw li din is-sitiwazzjoni ma terġax tirrepeti ruħha.