Fil-jum tal-Ħadd it-tfal Mellieħin kellhom l-opportunità li jitħarrġu fil-logħba tal-ballun minn żewġ leġġendi tal-logħba li magħrufin għas-suċċessi tagħhom mat-tim ta’ Manchester United fis-snin 90, Denis Irwin u Bryan Robson.
Dan bħala parti mill-Manchester United Soccer School li kienet inizjattiva frott il-kollaborazzjoni li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha mat-tim ta’ Manchester United permezz tal-kampanja Visit Malta.
Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.
B’kollox id-difensur Irlandiż Denis Irwin lagħab 529 darba bil-flokk tar-Red Devils u skorja tlieta u tletin goal mal-klabb.
L-Ingliż Bryan Robson li kellu pożizzjoni ċentrali kien involut f’461 logħba għat-tim minn Manchester u b’kollox tefa’ l-ballun fix-xibka 99 darba.
Huwa jibqa’ magħruf għall-goal tiegħu kontra Wimbledon fl-aħħar logħba tal-kampjonat tal-istaġun fl-1993.