Tlett persuni, fosthom żewġt itfal, mietu wara li ntlaqtu f’għonqhom minn spag miksi bil-ħġieġ, li tipikament jintuża biex jittajru tajriet f’Jum l-Indipendenza fl-Indja.
It-tfal, li għandhom tlieta u erba snin, kienu qed iħarsu ‘l barra minn sunroof ta’ karozza li kienu rekbin fiha f’Delhi. Raġel ieħor ta’ 22 sena ntlaqat waqt li kien qed isuq ir-rota. Pulizija ieħor weġġa’ meta ntlaqat minn żbul simili, li huwa magħruf bħala manja.
Il-gvern ta’ Delhi projbixxa l-użu ta’ dan it-tip ta’ żbul, li jidher hawn fir-ritratt, u wiegħed li se jagħmel kampanja biex jeduka lin-nies fuq il-periklu li jġibu magħhom.