Fil-ġurnata missjunarja, bosta tfal lebsin kuluri differenti nġabru f’Ħ’Attard sabiex jibagħtu filmat ta’ ringrazzjament lill-missjoni tal-Kambojda.
Din hija parti mill-attivitajiet ta’ Missio Malta, għaqda li ta’ kull sena taħdem bis-sħiħ sabiex tiġbor fondi biex jgħinu lill-ifqar fost il-fqar.
Dan l-istazzjon tkellem ma’ rappreżentant ta’ Mission Malta, Robert Farrugia li spjegalna kif ta’ kull sena fil-Kambodjajmutu għexieren ta’ tfal minħabba l-mini u splussiv li għad baqa’ fil-pajjiż.
“Qed jirrekordjaw kanzunetta Fr Abraham, biex jibagħtuha lid-dar li aħna se nkunu qed ngħinu parti mill-flus li se jinġabru waqt il-ġurnata missjunarja lil Dar fil-Kambodja biex jirringrazzaw lis-saċerdot li jieħu ħsiebha u li fiha hemm tfal li jkunu f’inċidenti tal-mini, jieħdu ħsiebhom u jtuhom futur aħjar.”
Ġie spjegat kif din tifforma wkoll parti minn kampanja ta’ għarfien globali mmexxija mill-Maltin li tinkludi l-uċuħ u l-vuċijiet ta’ missjunarji minn aktar minn 50 pajjiż.
Hawnhekk ġie nnutat ukoll kif fil-missjoni hemm bosta saċerdoti u missjunarji Maltin u Għawdxin li jaħdmu qatigħ fost tfal u adulti li m’għandhomx saqaf fuq rashom.