“Taqtgħux qalbkom jekk għaddejjin minn xi problema ta’ mard fil-familja, ħarsu ‘il quddiem u ibqgħu mexjin.”
Dan huwa kliem erbat itfal li qed jattendu l-Fondazzjoni Karl Vella u li bħalissa qed jgħixu ħajja mimlija sfida minħabba li għandhom xi ħadd fil-familja marid bil-kanċer.
Iżda minkejja dan il-perjodu kemxejn diffiċli f’ħajjithom dawn it-tfal xorta waħda qed ikunu pożittivi u ma jħallux din is-sitwazzjoni ttellifhom mill-istudji tal-iskola u l-ħin liberu.
Meta crew ta’ ONE News tkellem magħhom huma qalu:
“Jekk għandkom xi ħaġa bħalna t-tfal kollha “They must never give up on life.”
“Ilni niġi hawn sentejn u matul dawn is-sentejn jiena kont mort lura ħafna kelli problem fil-ħajja tiegħi u minħabba Karl Vella Foundation jiena mxejt ħafna ‘l quddiem.”
“Jekk għandek xi ħaġa ejja għax tipo tieħu gost tagħmel ħbieb malajr u tkun tistgħa titkellem ma’ dawk it-tfal li għandhom l-istess siwtwazzjoni bħalna u tipo għandek ma min titkellem tiftaħ qalbek.”
“Jekk għaddejjin minn xi problema ejjew hawnekk għax jistgħu jgħinukom ħafna.”
Intant, waħda mill-akbar sfidi, f’dan il-perjodu ta’ mard, li l-familji ta’ dawn it-tfal kienu jaffaċjaw, hija t-trasport lejn il-post minn fejn il-fondazzjoni tagħti s-servizz ta’ wens u ħarsien tat-tfal.
Għalhekk il-Fondazzjoni Karl Vella qed tipprovdi issa servizz ta’ trasport għal dawn it-tfal li wara l-iskola jkompu b’ħajjithom.
Fi żjara f’din il-Fondazzjoni, il-Ministru Ian Borg ħabbar li t-b’somma ta’ sitt elef ewro fis-sena, Transport Malta ser tkun qed tħallas kwart tal-ispejjeż ta’ dan is-servizz, biex b’dan inaqqas ftit mill-piż tal-Fondazzjoni Karl Vella.
F’kumment ma’ ONE News, Claire Chircop, rappreżentanta ta’ din il-fondazzjoni, qalet kif is-servizz ta’ trasport huwa ferm meħtieġ.
Chirchop spjegat li “L-ispiża hija kbira ħafna u jekk ma nipprovdux dan is-servizz allura ħafna mit-tfal ma jkunux jistgħu jiġu u hekk inserrħu rasna li għandna parti mill-ispiża kull sena ħa tkun qiegħda mħallsa.”
Is-Sinjura Chircop appellat għall-għajnuna mill-pubbliku biex din il-fondazzjoni tkompli tfendi.