Il-Gvern Sirjan jinsab akkużat li xeħet bombi bil-chlorine minn helicopters fuq parti minn Aleppo, b’konsegwenza li ndarbu 80 persuna.
Xeni ta’ tfal jissieltu għan-nifs u jiġu maħsula bl-ilma biex jitnaddfu qed ifeġġu fuq l-internet.
Ir-rapporti tal-volontiera dwar l-attakki fiz-zona bl-isem ta’ Sukari mhumiex ikkonfermati, iżda f’Awwissu li għadda investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquna sabet li l-Gvern uża l-chlorine f’mill-inqas żewġ okkażjonijiet.
Il-Gvern dejjem ċaħad i uża dawn it-tip ta’ armi.