L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-futur u kull tifel u tifla ħaqqhom l-opportunità u aċċess għat-tagħlim.
Il-Ministeru għal Għawdex nieda korsijiet tar-robotika b’xejn għat-tfal Għawdxin li għandhom bejn 5 snin u 14–il sena.
It-tfal se jinqasmu fi gruppi żgħar skont l-etajiet biex ikunu jistgħu jassorbu tagħlim kemm jistgħu iżda l-postijiet huma limitati.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri sostna li l-edukazzjoni tal-lum ma tkoprix biss dak li jiġri fil-klassi tradizzjonali bil-lapes u r-riga.
Il-Ministru Camilleri stqarr: “Programm li ser ikun ukoll, dawk kollha li ser jieħdu sehem fih ser ikun b’xejn, iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex u propju dan sabiex naraw aktar studenti tagħna, aktar tfal tagħna li jifirxu n-knowledge tagħhom anki f’suġġetti li mhumiex konvenzjonali.”
Il-Ministru ħeġġeġ lill-ġenituri tat-tfal Għawdxin sabiex jibagħtu lil uliedhom għal dan il-kors li ser jespandi l-orizzonti tagħhom.
L-applikazzjonijiet huma miftuħin onlajn sat-23 ta’ Lulju u wieħed irid iħallas €10