Minn tal-inqas 230 persuna, fosthom 29 tifel u tifla nqatlu mill-frozi Iranjani, li qed jużaw il-forza kontra d-dimostranti; filwaqt li għexieren oħra ġew arrestati talli qed isemmgħu leħinhom fit-toroq.
L-istat Iranjan qed jhedded lid-dimostranti bil-pieni tal-mewt, bil-għan li jitwaqqfu milli jibqgħu jipprotestaw, kif ukoll ġew imblukkati pjattaformi tal-midja soċjali internazzjonali u apps oħra li minnhom tista’ ssir xi tip ta’ komunikazzjoni.
Minkejja din iċ-ċensura, aħbarijiet dwar evidenza ta’ vjolenza mill-istat kontra niesu xorta waħda qed jiġu rraportati.