Il-Nazzjonijiet Magħquda wissew li ammont kbir ta’ tfal qed jipperikolaw ħajjithom billi jivjaġġaw mill-Libja għall-Italja. Skont Unicef, mas-26,000 tifel u tifla, ħafna minnhom waħedhom, vjaġġaw fil-Mediterran is-sena li għaddiet.
Iżda f’rapport ġdid bl-isem A Deadly Journey for Children, Unicef qalu li huwa allarmanti kemm tfal isofru minn vjolenza u abbuż sesswali meta jiġu f’idejn min jitraffikahom. Agħar minn hekk, ikun hemm ħafna li jkun attakkati b’mod brutali, stuprati u anke maqtula.
Dan l-abbuż rari jkkun irrapportat, għax jibżgħu mill-arrest u deportazzjoni. Unicef irrimarkaw ukoll dwar nuqqas ta’ ikel, ilma u mediċinali fiċ-ċentri ta’ detenzjoni fil-Libja. Wissew li l-fruntiera bejn pajjiż u ieħor huma partikolarment perikolużi. Iżda l-Libja kien deskritt bħala l-epiċentru tal-abbuż, b’terz mill-immigranti kollha intervistati bħala parti mir-rapport qalu li kienu abbużati hemm.