Iċ-Ċina qed tfakkar is-70 sena mindu saret stat Komunist. Tul il-jum eluf ta’ persuni assistu għal parata spettakolari fi Pjazza Tiananmen, l-istess post fejn fl-1949, il-Mexxej Komunista Mao Zedong ħabbar il-bidu tar-Repubblika Ċiniża.
Il-Mexxej Ċiniż Xi Jinpiing kien preżenti għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet flimkien ma’ predeċessuri tiegħu.
Iċ-ċelebrazzjonijiet f’Bejing qed isiru minkejja protesti f’Hong Kong, li qed isiru kontra allegat kontroll tal-politika tal-pajjiż minn forzi f’Bejing.
Ritratt: BBC News