Raġel ta’ 29 sena mir-Rabat u żagħżugħa ta’ 17-il sena minn Santa Venera ndarbu gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Buqana, firr-Rabat.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Suzuki, u nqaleb. It-tfajla ta’ 17-il sena kienet ukoll miegħu fuq il-mutur.
Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Ritratt: Malta Road Traffic Updates / Facebook