Illejla għall-ħabta tas-sitta, tfajla waqgħet minn fuq vapur tal-Gozo Channel għal ġol-baħar.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma dan l-inċident u spjegalna li l-persuna ddaħħlet lura lejn l-art permezz ta’ dinghy ta’ Transport Malta.
Fuq il-post sabet tistenniha ambulanza mill-Isptar Mater Dei.