Jumejn ilu l-Pulizija rċeviet rapport mingħand tfajla barranija ta’ madwar 14-il sena li allegat li ġiet abbużata minn persuna waqt li kienet miexja f’San Pawl il-Baħar.
Ftit tal-ħin wara li sar ir-rapport, il-Pulizija arrestaw persuna b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-Pulizija mhux qed tikkonferma l-età tal-persuna arrestata, għalkemm qed jingħad minn sorsi oħra li huwa anzjan u li huwa barrani wkoll. Sorsi qalulna li t-tfajla hija Ungeriża. Mhux eskluż li l-persuna arrestata titressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.