Tfajla Taljana ta’ 19-il sena ġiet salvata wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fiż-żona ta’ Fra Ben, il-Qawra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħxija x’ħin intalbet l-assistenza tal-Pulizija fuq il-post.
Intqal kif it-tfajla ngħatat l-ewwel għajnuna minn ħbieb li kienu fil-qrib u minn membi tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar qabel waslu tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
It-tfajla ttieħdet lejn l-isptar permezz ta’ ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.