Martine Cutajar ta’ 24 sena u Slaven Micallef ta’ 26 sena, ġew iddikjarati r-rebbieħa tat-titli prestiġjużi Miss u Mr World Malta u b’ hekk huma ngħataw id-dritt sabiex jirrapreżentaw lil Malta fl-akbar konkorsi tas-sbuħija Miss u Mr World fejn il-finali jkunu segwiti minn aktar minn 2.5 biljun telespettatur minn madwar id-Dinja.
Fit-tieni post ġew Amber Debono u Giogio Dolce waqt li fit-tielet post ġew Graziella Debono u Sven Pavia.
It-tema ta’ Beauty with a purpose, din is-sena kienet iddedikata ghal The Malta Trust foundation fejn il-kontestanti kienu l-protagonisti sabiex jigu organiżżati diversi attivitajiet fejn inġabret somma flus u t-titlu mar għand Graziella Debono.
24 tfajla u 14-il ġuvni ħadu sehem f’din it-23 edizzjoni li ttella’ fil-Fort Sant Iermu u li xxandret dirett fuq ONE.