Għall-ħabta tas-7.30a.m ta’ dalgħodu tfajla ta’ 24 sena residenti l-Furjana kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Gżira. Hija kienet qed isuq karozza tat-tip Volkswagen Golf meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla fil-barriers li jinsabu f’din it-triq.
It-tfajla ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.