Tfajla ta’ 24 sena li toqgħod il-Mosta ġiet arrestata f’ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u membri tar-Rapid Intervention Unit.Il-każ seħħ fl-inħawi tan-Naxxar, meta t-tfajla pprovat taħrab mill-pulizija permezz ta’ vettura. Eventwalment xħin twaqqfet, irreżistiet l-arrest.
Fi tfittxija fil-vettura nstab ammont żgħir tal-pjanta kannabis, armi irregolari, u strumenti bil-ponta.
Mhux eskluż li dalgħodu t-tfajla titressaq il-Qorti taħt arrest b’rabta ma’ din is-sejba.