Illum għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi propjeta` privata fi Triq Dragunara, San Ġiljan.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija li marru fuq il-post, jidher li mara mill-Awstrija ta’ madwar 23 sena, għal xi raġuni waqgħet madwar żewġ sulari għoli.
Il-vittma ġiet mogħtija l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr N Camilleri LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.