Tfajla ta’ 22 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:00 ta’ dalgħodu fi Triq Dun Karm, meta ż-żagħżugħa Taljana li tgħix l-Iklin intlaqtet minn vettura tat-tip Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ wieħed u għoxrin sena minn Birkirkara.
Ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.