Tfajla ta’ 20 sena sofriet ġrieħi gravi f’inċident dalgħodu fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am fejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 39 sena li joqgħod is-Swieqi baqgħet dieħla f’karozza pparkjata fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.
Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li fetħu l-karozza; biex is-sewwieq tal-karozza, kif ukoll il-passiġġiera li kellu miegħu – it-tfajla ta’ għoxrin sena li toqgħod San Pawl il-Baħar, inħarġu minnha.
Is-sewwieq u l-passiġġiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li t-tfajla sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li s-sewwieq sofra ġrieħi ħfief.