Illum għall-ħabta tat-15.30, seħħ inċident stradali fi Triq Santa Marija, il-Mellieħa.
Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Vitz u vettura tat-tip Mitsubishi Lancer.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-vettura Toyota Vitz – tfajla ta’ 20 sena residenti l-Mellieħa – l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hi ġiet ċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Ix-xufier tal-Mitsubishi – raġel ta’ 30 sena residenti l-Mellieħa, ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.