Tfajla ta’ 19 mill-Islovakkja qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu waqgħet għoli ta’ madwar żewġ sulari.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-04:45 fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan, meta t-tfajla waqgħet żewġ sulari ġo xaft ta’ blokka ta’ appartamenti.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. It-tfajla ttieħdet immedjatament l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.