Tfajla ta’ 19-il sena minn Sydney salvat wara li kienet ittorturata u mitfugħa minn pont minn sħabha, skont il-Pulizija Awstraljana.
Jidher li l-vittma, Kayla Kendrigan, għamet sax-xatt ta’ xmara f’Sydney, l-Awstralja, wara li sħabha tefgħuha minn għoli ta’ sitt metri. Jidher ukoll li t-tfajla għandha biss id waħda minħabba diżabiltà li ilha ssofri minn twelidha.
B’rabta ma’ dan, erba’ minn sħabha ġew arrestati mill-Pulizija fuq attentat ta’ qtil. Huma għandhom bejn is-16 u t-22 sena.