Taljana ta’ 18-il sena weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bl-e-kick scooter, flimkien ma’ karozza tal-għamla Audi A3, li kienet qed tinstaq minn Portugiż ta’ 38 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 tal-bieraħ waranofsinhar, fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.