Tfajla Norveġiża ta’ 19-il sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li ġarrbet xi ġrieħi minħabba li waqgħet minn xarabank. L-inċident seħħ fix-xatt tal-Gżira għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar.
Huwa allegat li t-tfajla kienet qed isserraħ mal-bieba tax-xarabank meta din infetħet biex jinżlu n-nies, fejn imbagħad waqgħet u ħabtet rasha.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji malli jaslulna.