Tfajla ta’ 17-il sena, residenti Ħal Qormi tinsab fil-periklu tal-mewt wara li llbieraħ, għal xi l-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, ittieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tfajla ntlaqtet minn vettura misjuq minn raġel ta’ 52 sena li joqgħod iż-Żejtun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Konsegwentement, intlaqtet vettura oħra kienet ipparkjata.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.