Tfajla ta’ 17-il sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Durumblat, il-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li karozza tat-tip Toyota Vitz għal xi raġuni ħabtet ma’ ħajt. Jidher li l-karozza kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn Ħ’Attard minn żagħżugħ ta’ 21 sena, residenti l-Pietà.
Flimkien mas-sewwieq kien hemm ukoll passiġġiera – tfajla ta’ 17-il sena residenti Ħad-Dingli.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard kienet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Il-ġuvni ttieħed l-isptar minn xi qraba.