Tfajla Taljana ta’ 16-il sena u li toqgħod Tas-Sliema ġarrbet ġrieħi gravi wara li ttajret minn mutur t-Tnejn waranofsinhar f’San Ġiljan.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-tliet meta tfajla ntlaqtet minn mutur tat-tip Kawasaki ZX1100 misjuq minn raġel ta’ wieħed u erbgħin sena mis-Swieqi.
Tim mediku asssista lit-tfajla fuq il-post u wara ittieħdet l-isptar Mater Dei fejn aktar tard hija ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Is-sewwieq tal-mutur ma sofriex ġrieħi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.