Tfalja ta’ ħmistax-il sena residenti r-Rabat inbagħet fil-Faċilità Yours fl-Imtaħleb wara li allegatament ikkawżat ġrieħi fuq ommha u fuq oħtha.
Fil-fatt, hija ġiet mixlija li hedded lit-tnejn li huma filwaqt li kkawżat ġrieħi gravi lil ommha u b’mod ħafif lil oħtha.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputata, liema talba ma kinitx milqugħa mill-Prosekuzzjoni fid-dawl li l-akkużata m’għandhiex fejn toqgħod u li ż-żewġ vittmi għad iridu jixdhu fil-konfront tagħha.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Lara Lanfranco qablet ma’ dan l-argument filwaqt li żidiedet tgħid kif ma għandhiex garanzija li r-reati ma jistgħux jergġħu jirrepetu ruħhom.
Għaldaqstant, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u żammet lill-imputat fil-Faċilità Yours fl-Imtaħleb.